top of page

Sharlon Pace jkompli fit-tmun ta’ Gzira United FC

15/5/23

WhatsApp Image 2023-05-17 at 21.13.36.jpg

Fil-Laqgha Generali Annwali li saret il-bierah fic-Centru Parrokkjali tal-Gzira, l-President Sharlon Pace ta’ Gzira United FC, habbar li ser jkompli bhala President ta’ l-istess Klabb ghall-istagun li gej, wara li gimghat ilu, waqt Laqgha Straordinarja, kien wera l-hsieb li ma jkomplix bhala President ta’ l-istess Klabb.

Kienet ahbar sabiha,li zgur il-Membri numeruzi prezenti waqt il-laqgha, laqghu b’entuzjazmu kbir.Il-President Pace habbar li minhabba li ma kienx hemm min li pprezenta ruhu biex jkompli jmexxi minfloku, bil-ghan li l-Klabb jkompli jikber u jikkompetu ghall-oghla unuri fil-Futbol Malti, Pace ddecieda li jkompli bhala President, b’Bagit Finanzjarju addattat ghal-isfidi li gejjien.Pace ghamel accenn ukoll fuq il-fatt li l-Klabb ghandu finanzi fis-sod u li ma hemm l-ebda dejn.

Sharlon Pace habbar ukoll li l-Coach Darren Abdilla u l-Assistent Tieghu Andrew Cohen, gew konfermati ghall-istagun li gej.Habbar ukoll li ser jigi ngaggat Direttur Tekniku Taljan li ser ikun responsabbli ghal ingaggar ta’ plejers. Pace nforma lil dawk prezenti, li qeghda ssir hidma biex jimtela r-rwol ta’ Team Manager, wara li Marlon Galea halla din l-kariga fl-ahhar ta’ l-istagun, wara snin ta’ servizz lill-Klabb tal-Gzira.Sharlon Pace ha l-opportunita li jirringrazzja lil Marlon Galea ghall-hidma kbira siewa tieghu li ta’ lill-Klabb.

Waqt il-laqgha thabbar ukoll li ghall-istagun li gej ser tkompli tigi aggornata l-istruttura tal-Klabb billi ser jinholqu tlett sotto-kumitati li ser ikunu responsabbli ghar-Relazzjonijiet Pubblici, S-Sapporters u t-Tim tal- Minors, li dan l-istagun gie promoss ghal Sezzjoni ghola, bhala Champions.

Fl-ahhar tal-laqgha, l-Membri prezenti approvaw unaninament il-Kumitat il-gdid ghall-istagun li gej, b’Sharlon Pace bhala President, Dr.Ian Micallef bhala Segretarju Generali, Alex Cassar bhala Tezorier

Claude Cuschieri

Club Editor

IMG_20230515_182025.jpg
bottom of page